Ġeografija u Storja
Ġeografija
Il-Furjana tinsab fil-bażi tal-Peniżola Sciberras eżatt qabel il-belt kapitali tal-Belt Valletta. Tmiss mal-Belt Valletta, il-Marsa, il-Pieta u l-Ħamrun hija mdawra bil-baħar fuq in-naħa tal-Port il-Kbir u n-naħa ta' Marsamxett. Fiha għadd ta' binjiet u siti importanti fosthom sptar, it-terminal tal-passiġġieri tal-kruċieri magħruf bħala Valletta Waterfront, il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Kurja tal-Arċisqof, id-Dipartiment u l-Awtorità tad-Djar, l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent, l-Awtorità tat-Trasport ta' Mala, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, l-Ambaxxata tal-Istati Uniti, l-Ambaxxata Taljana u l-Ambaxxata Belġjana, kif ukoll numru ta' ristoranti u żewġ lukandi ta' 5 stilel.